Bħal-Lum Sena Tilfet Il-Ġlieda Tagħha Kontra L-Kanċer L-Omm Żagħżugħa Kimberly Zammit

Proprju bħal-lum sena ħalliet din id-dinja l-omm żagħżugħa Kimberly Zammit wara li tilfet il-ġlieda tagħha kontra l-kanċer. Kimberly kien għad kellha biss 23 sena u warajha ħalliet lil bintha, iċ-ċkejkna Ivy.

Fil-ġlieda tagħha kontra l-kanċer, Kimberly kienet sabet l-appoġġ ta’ bosta Maltin li tħallew kommossi b’mod partikolari wara li semgħu l-karba tagħha li ma tixtieqx tmut t’età żgħira appuntu sabiex tkun tista’ tieħu ħsieb lil bintha.

F’għeluq l-ewwel sena minn meta ħalliet din id-dinja, bosta kienu dawk li fuq il-midja soċjali sellmu l-memorja tagħha u fissru kif għadhom sal-lum il-ġurnata ma jistgħux jemmnu li Kimberly m’għadhiex fostna.

Fost oħrajn kitbet messaġġ emozzjonanti f’dan il-jum ħabiba mill-qrib tagħha li sostniet li għadha tħoss b’mod partikolari in-nuqqas tal-konverżazzjonijiet li kien ikollha u d-daħk li kienet tidħak ma’ Kimberly.

Strieħ fis-sliem, Kimberly!







Ritratti:

Facebook / Kimberly Zammit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI