Nigel Spiteri hu żagħżugħ mimli ħajja b’imħabba kbira lejn l-isport. Sfortunatament, fi tfulitu, Nigel kellu jaffaċja tbatija li l-ebda tifel jew tifla ma jistħoqqilhom iġarrbu. Ta’ età żgħira, Nigel sab ruħu jilagħbha bejn ħajja u mewt meta ġie bżonn trapjant ta’ qalbu.
B’xorti tajba, Nigel sab il-qalb li tant kellu bżonn sabiex ikun jista’ jkompli jgħix. Illum il-ġurnata jħares lura b’sens qawwi ta’ gratitudni u apprezzament, b’mod partikolari lejn dak ir-raġel li sfortunatament m’għadux fostna iżda kien biss bis-saħħa tiegħu li Nigel ingħata tama ġdida ta’ ħajja.
“Kuljum inħossni grat li nista’ nkompli nagħmel dawk l-affarijiet li għal ħafna żmien emmint li mhux se nkun nista’ nkompli nagħmel,” kiteb Nigel fuq il-midja soċjali filwaqt li ftakar fit-tbatija li għadda minnha fi tfulitu.
Prosit, Nigel!
TikTok / @nigelballs