Madonna għamlet kunċert ta’ sorpriża fi Times Square, il-Belt ta’ New York nhar il-Ħamis wara nofsinhar (tard filgħaxija għal Malta).
Biex tfakkar il-bidu tax-Xahar tal-Pride u biex tiċċelebra l-album li jmiss tagħha, Confessions II, ir-Reġina tal-Pop telgħet fuq il-palk f’dan il-post traffikuż f’prestazzjoni maġika quddiem folla kbira.
Madonna kantat 6 kanzunetti: 3 mill-album il-ġdid Confessions II (I Feel So Free, Bring Your Love, u Love Sensation) u 3 mill-album tagħha tal-2006 Confessions On A Dancefloor (Get Together, I Love New York, u Hung Up).
L-avveniment kien b’kollaborazzjoni mal-app Grindr.