Alexia, waħda mill-kontestanti tat-tielet staġun ta’ MasterChef Malta, ħabbret aħbar sabiħa mal-partitarji tagħha hekk kif żvelat li għandha l-għerusija mal-għarus tagħha Maverick.
Fuq il-midja soċjali, Alexia qasmet ritratt mill-mument speċjali flimkien ma’ Maverick, akkumpanjat bil-kliem. “ġara dan… lesti biex nibdew l-vjaġġ bla tmiem.” L-aħbar malajr ġibdet numru kbir ta’ messaġġi ta’ awguri mingħand ħbieb, segwaċi u persuni li saru jafuha matul il-parteċipazzjoni tagħha fil-programm popolari tat-tisjir.
Filwaqt li għadha ma qasmitx aktar dettalji dwar it-tieġ, il-koppja tidher kuntenta ħafna hekk kif qed tħejji ruħha għal kapitlu ġdid fil-ħajja tagħha. Minn naħa ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Alexia u Maverick kull ġid għal dan il-pass importanti fil-ħajja tagħhom.
Facebook / Alexia Formosa