L-attur lokali Clayton Pace qasam messaġġ mill-isbaħ iddedikat għall-għażiż ibnu Noah, propju fil-jum meta għamel l-Ewwel Tqarbina. Okkażjoni speċjali għat-tfal u l-familjari kollha meta jirċievu dan is-sagrament.
Fi kliemu stess Clayton jikteb, “Ma jimpurtax kemm tikber, dejjem se tibqa’ t-tifel żgħir li biddel id-dinja tiegħi.” Bla dubju li sitt snin ilu kien mument speċjali meta kellhom lil Noah.
Qasam anke ritratt għall-okkażjoni fil-ġurnata tal-Ewwel Tqarbina. Nawgurawlek Noah!
Facebook/ Clayton Pace