Il-Membru Parlamentari Ivan Castillo jawgura lil martu Corinne f’jum għeluq sninha, fejn jesprimi kemm tfisser fil-ħajja tiegħu.
Jirreferi għaliha bħala vuċi ta’ raġuni f’dinja li ħafna drabi hi nieqsa minnha, u persuna b’empatija kbira li kapaċi tifhem lil ħaddieħor filwaqt li tagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies.
Stqarr li ilu jafha tul il-ħajja adulta kollha tiegħu, iżda xorta waħda jsibha diffiċli biex jesprimi bil-kliem kemm hi importanti għalih.
“Kull ma nista’ ngħid hu li ħajti ddur madwarek… u xejn aktar ma jimporta. Int għamilt l-imperfezzjonijiet tiegħi jidhru perfetti u n-nuqqasijiet kollha tiegħi jidhru kompluti.”
Facebook/ Ivan Castillo