KELLYMNI

Kellymni: Episodju 75 – MATT BLXCK

Play

MATT BLXCK jingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn jitkellem dwar il-karriera tiegħu, il-mumenti diffiċli li għadda minnhom u s-suċċessi li kiseb tul dawn l-aħħar snin.

Matul il-konversazzjoni, Matt jiftaħ qalbu dwar il-bullying li affaċċja meta kien għadu żgħir, il-marda tal-kanċer ta’ missieru u l-uġigħ li ġarrab il-familja qabel it-telfa tiegħu. Huwa jitkellem ukoll dwar il-ġlieda ta’ ommu mal-kanċer għal darbtejn u kif dawn l-esperjenzi saħħewh bħala persuna.

Matt jiddiskuti wkoll il-problemi tas-saħħa li kellu wara l-Eurovision u kif dawn affettwawh kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Minkejja dawn l-isfidi kollha, huwa jirrifletti fuq il-kisbiet tiegħu u fuq il-vjaġġ li wasslu biex illum ikun wieħed mill-aktar artisti segwiti fil-pajjiż.

F’din il-konversazzjoni emozzjonanti, Matt juri naħa aktar personali tiegħu, mimlija emozzjonijiet, perseveranza u determinazzjoni.

IXXERJA

PARTNERS UFFIĊJALI