KELLYMNI

Kellymni: Episodju 85 – Josette Hamilton

Play
•

F’dan l-episodju ta’ Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, Melanie Kelly tiltaqa’ ma’ Josette Hamilton għal konversazzjoni mill-qalb dwar l-imħabba, il-ħajja u t-telfa ta’ persuna li kienet tfisser tant għaliha ❤️‍🩹

Josette titkellem b’kuraġġ dwar it-telfa għall-għarrieda ta’ Norman u kemm kollox seħħ fi ftit jiem, f’mument li ħalla impatt profond fuq ħajjitha. Hija taqsam l-esperjenza tagħha u l-emozzjonijiet li jiġu ma’ telfa daqstant kbira, speċjalment meta wieħed ma jkunx ippreparat għal dak li jkun se jiġri 🕊️

Matul il-konversazzjoni, Josette tħares lura wkoll lejn ir-relazzjoni tagħha ma’ Norman u l-karattri differenti tagħhom. Minkejja li f’ħafna aspetti kienu differenti minn xulxin, dawn id-differenzi kienu proprju dak li jagħmilhom koppja speċjali, hekk kif wieħed kien jikkumplimenta lill-ieħor 🥰

Hija taqsam memorji mill-ħajja tagħhom flimkien u titkellem dwar ir-rabta li kienu bnew matul is-snin, rabta li tibqa’ tgħix permezz tal-imħabba u l-memorji li ħallew warajhom ✨

Intervista emozzjonanti li tlaqqagħna ma’ Josette minn perspettiva personali ħafna, filwaqt li tfakkarna kemm il-ħajja tista’ tinbidel malajr u kemm huma prezzjużi l-mumenti li naqsmu ma’ dawk li nħobbu 🤍

Miġjub lilkom minn Renault Malta | Valletta Glass | Myoka Spas | MeDirect Bank Malta | Camilleri MEATS | Positive Parenting Malta

IXXERJA

PARTNERS UFFIĊJALI