Żewġ pajjiżi li bħalissa jinsabu fi gwerra kontra xulxin jafu jsibu rwieħhom jikkompetu lil xulxin fil-grawnd tal-futbol waqt it-Tazza tad-Dinja.
L-andament attwali ta’ dan il-kampjonat dinji jagħti lok sabiex din il-partita possibbilment isseħħ hekk kif bħalissa kemm l-Iran kif ukoll l-Amerika għadhom fiċ-ċans li jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss.
Intant, fuq il-midja soċjali tqanqal dibattitu sħiħ dwar il-possibbiltà li sseħħ din il-partita, hekk kif mhux biss kulħadd qiegħed jipprova jbassar min kieku jkun ir-rebbieħ, iżda wkoll ħafna qed jitħaddtu dwar x’inhu l-implikazzjonijiet reali ta’ partita bħal din li mingħajr dubju kieku tkun waħda kontroversjali ferm.
Facebook / FIFA u ChatGPT