Ftit sigħat ilu, fuq il-midja soċjali l-kontestanta ta’ Come Dine With Me Malta Graziella Darmanin tkellmet dwar dublett b’tifsira speċjali li hi tħobb tilbes.
Il-kontestanta Maltija fissret kif dan id-dublett għexieren ta’ snin ilu kien t’ommha iżda llum il-ġurnata tħobb tilbsu hi bħala memorja tagħha.
Graziella tistqarr li dan id-dublett għandu sinifikat iżjed importanti għaliha hekk kif madwar erba’ snin ilu ma setgħetx tilbsu iżda llum il-ġurnata, wara li b’determinazzjoni kbira rnexxielha tnaqqas il-piż, tista’ terġa’ tilbsu u għalhekk iżżomm il-memorja t’ommha ħajja.
Facebook / Graziella Darmanin