Twanny Scerri qasam storja dwar kif Orietta Berti offriet li tiġi flimkien mal-band tagħha f’Malta mingħajr ħlas biex tgħin tiġbor flus għall-qraba tat-traġedja ta’ Um El Faroud fl-1995.
“Fit-3 ta’ Frar tal-1995, seħħet it-traġedja fit-Tarzna ta’ Malta,” kiteb Twanny. “9 ħaddiema tilfu ħajjithom meta sploda l-vapur Um El Faroud. Baċir Numru 3 spiċċa qabar. Kollha kont nafhom.”
“Il-kunsill tat-Tarzna ftit ġimgħat wara nkarigani biex inġib lil xi ħadd biex ngħinu lill-familjaru u jekk nista’, mhux b’ħafna flus. Irnexxieli nġib lil Orietta Berti u l-band mhux bi ftit glus, imma meta fehmta għaiex, hi offriet li hi u l-band jiġu b’xejn.”
“Ġiet it-Tarzna u ltaqgħet ma’ uħud mill-midruba. Orietta kantat għal sagħtejn sħaħ. Eluf kienu attendeew il-kunċert. Ġbarna eluf ta’ Liri Maltin.”
Facebook / Twanny Xerri