“L-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna Għoġbu Jaħtar Lil Dun James Saydon Bħala Viċi Rettur Tas-Seminarju Tal-Arċisqof” – Is-Seminarju Tal-Arċisqof

Il-paġna tal-Facebook Is-Seminarju tal-Arċisqof ħabbret il-ħatra tal-Viċi Rettur Tas-Seminarju Tal-Arċisqof.

“L-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna għoġbu jaħtar lil Dun James Saydon bħala Viċi Rettur tas-Seminarju tal-Arċisqof,” huma kitbu.

“Dun James Saydon ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 2016. L-ewwel ministeru tiegħu kien bħala Viċi Kappillan fil-Parroċċa tal-Ibraġ. F’Jannar tal-2022 beda jaqdi l-ministeru tiegħu bħala Chaplain tal-Iskola Minuri tas-Seminarju, filwaqt li ġie maħtur ukoll Direttur tal-Vokazzjonijiet għall-Knisja f’Malta.”

“Nilqgħuh fostna f’din il-kariga ġdida u nawgurawlu kull ġid fil-ministeru tiegħu! Ejjew nakkumpanjawh bit-talb tagħna sabiex il-Mulej ikompli jmexxih u jberku fil-qadi tiegħu,” komplew jgħidu.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Dun James Saydon!







Ritratti:

Facebook / Is-Seminarju tal-Arċisqof

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI