Luke U Anna Paola Qed Jitqiesu Minn Bosta L-Favoriti Biex Jirbħu Love Island Malta – Taħsbu Li Għandhom Ċans Jew Se Jkollna Xi Sorpriża?

Hekk kif Love Island Malta qed joqrob lejn l-aħħar jiem tiegħu fil-villa, ħafna telespettaturi qed jemmnu li Luke u Anna Paola jistgħu jkunu fost il-favoriti ewlenin biex jirbħu din l-edizzjoni.

Luke diġà kiseb appoġġ qawwi mill-pubbliku wara li riċentement ġie vvutat bħala l-islander favorit. Madankollu, ir-relazzjoni tiegħu ma’ Anna Paola hija waħda relattivament ġdida, hekk kif il-koppja ngħaqdet uffiċjalment biss fl-aħħar recoupling.

Dan qed iqajjem mistoqsija interessanti fost is-segwaċi tal-programm, il-popolarità ta’ Luke se tkun biżżejjed biex twassalhom għar-rebħa, jew il-fatt li r-relazzjoni tagħhom bdiet tard tista’ taħdem kontriehom?

Naturalment, il-kompetizzjoni għadha miftuħa beraħ u hemm koppji oħra li matul il-ġimgħat bnew konnessjonijiet li forsi huma ftit aktar stabbli u li wkoll igawdu minn appoġġ barra l-villa.

Int x’taħseb? Luke u Anna Paola għandhom dak li hemm bżonn biex jirbħu Love Island Malta, jew tara koppja oħra tieħu t-titlu? U min taħseb li huwa l-akbar kompetitur tagħhom hekk kif il-finali qed tersaq dejjem aktar viċin?







Ritratti:

Facebook / Love Island Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI