“Inħobbok U Nimmissjak” – Dr Alex Borg Ifakkar Lil Missieru F’Jum Il-Missier

F’Jum il-Missier, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qasam messaġġ emozzjonali u nostalġiku mimli  tifkiriet ddedikat lill-għażiż missieru li llum m’għadux fostna.

Borg stqarr li din il-ġurnata dejjem iġġib magħha mewġa ta’ emozzjonijiet li diffiċli jesprimihom bil-kliem. Huwa qal li f’dan il-jum qalbu tmur b’mod speċjali lejn missieru, li minkejja li m’għadux ħaj, għadu jħoss il-preżenza tiegħu fil-ħajja ta’ kuljum.



Borg irrimarka kif il-valuri, il-kuraġġ u l-imħabba li rċieva mingħand missieru baqgħu jakkumpanjawh tul il-mixja tiegħu fil-vjaġġ ta’ħajtu. Huwa rringrazzjah tal-għerf, tal-pariri siewja, tat-tgħanniq, tas-sagrifiċċji u tal-mumenti kollha sbieħ li qasmu flimkien.



“Il-memorja tiegħek tibqa’ tgħix fija, f’qalbi u f’dak kollu li jien,” kiteb Borg fil-messaġġ tiegħu. Huwa temm il-kitba tiegħu bil-kelmietInħobbok u nimmissjak.



Ritratti:

Fb/ Alex Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI