Jum il-Missier ġab miegħu mument tassew speċjali għall-familja ta’ Yazmin Helledie u żewġha Keith hekk kif iċ-ċkejkna Minna qamet tgħid il-kelma “Dadaaa” proprju f’din il-ġurnata tant għal qalb il-missirijiet.
Fuq il-midja soċjali, Yazmin qasmet messaġġ indirizzat lil żewġha fejn kitbet: “Awguri f’Jun il-Missier lill-aqwa wieħed hemm barra. Aħna ninsabu kburin bik u nħobbuk ħafna ħafna.”
Iżda s-sorpriża ma waqfitx hemm. F’filmat li qasmet flimkien ma’ dan il-messaġġ, Yazmin spjegat kif binthom qamet tgħid il-kelma “Dadaaa” u b’umoriżmu qalet li issa ma tistax tistenna biex tkompli tisma’ “Dadadadada” tul il-ġurnata kollha. Fil-filmat jidhru wkoll Minna u missierha Keith, filwaqt li ċ-ċkejkna, bi tbissima fuq wiċċha, tinstema’ tgħid il-kelma “Dadaaa” waqt li qed tħares, u tagħmel il-mument saħansitra aktar ħelu u memorabbli.
Dan il-mument ħelu wassal għal ħafna reazzjonijiet pożittivi mis-segwaċi, kif ukoll qasmu l-awguri tagħhom. Bla dubju, dan kien mument emozzjonanti u rigal mill-isbaħ għal Keith f’Jum il-Missier, memorja prezzjuża li żgur se tibqa’ mnaqqxa f’qalb il-familja kollha.
Instagram/ Yazmin Helledie