“Il-Koppja Luc U Maria Jiċċelebraw Iż-Żwieġ Tagħhom Fil-Qalba Tal-Belt ” – Tikka Banda

Tikka Banda  għadhom kemm tellgħu filmat b’atmosfera mimlija ferħ, mużika u emozzjonijiet fil-qalba tal-Belt Valletta hekk kif Luc u Maria għaqqdu ħajjithom flimkien fi żwieġ sabiħ imdawwar mill-familja u l-ħbieb tagħhom.

Fil-filmat li ttieħed jidhru l-miżżewġin il-ġodda ħerġin mill-knisja fost daqq ta’ marċi festivi u applaws mill-mistednin preżenti. Jidhru wkoll il-bridesmaids lebsin ilbies eleganti ta’ lewn klassiku. Il-filmat jenfasizza fuq atmosfera romantika u ferriħija għal din l-okkażjoni tant speċjalu.



“Tiġi ċċelebrata l-imħabba fil-qalba tal-Belt Valletta . Awguri lill-miżżewġin, Luc & Maria!” kitbu Tikka Banda flimkien mal-filmat.



F’isem Gwida.mt nawguraw lil Luc u Maria għal dan il-kapitlu ġdid f’ħajjithom, mimli mħabba, saħħa u ferħ. 



Ritratti:

Fb/ Tikka Banda

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI