F’dan il-Jum, Adria Twins qasmu messaġġ mimli emozzjoni u nostalġija b’tifkira tal-għażiż missierhom, Adrian Muscat, li ħalla din id-dinja b’mod għall-għarrieda.
Fil-messaġġ tagħhom, huma ddeskrivew il-vojt kbir li baqa’ wara t-telfa tiegħu u kif il-ħajja tagħhom inbidlet kompletament minn dak il-jum li qatt ma stennew. “L-aktar ħaġa diffiċli hi kemm ġara malajr,” kitbu, filwaqt li fakkru kif dak li beda bħala Erbgħa filgħaxija normali spiċċa mument li biddel kollox għal dejjem.
Adria Twins spjegaw li minn dak il-jum il-ħajja tagħhom qasmet ruħha f’żewġ kapitli distinti – qabel u wara t-telfa ta’ missierhom. Huma qalu li partikolarment illum bla dubju jħossu n-nuqqas tiegħu aktar minn qatt qabel. Fil-messaġġ fakkru fil-pariri, it-tbissima, il-preżenza u l-imħabba li dejjem tahom. Apparti minn hekk, huma esprimew ukoll gratitudni kbira għall-mumenti kollha li qasmu flimkien u għall-memorji sbieħ li baqgħu jgħixu f’qalbhom.
Adria Twins temmew il-messaġġ tagħhom billi qalu li għalkemm missierhom Adrian m’għadux magħhom fiżikament, l-imħabba, il-valuri u t-tagħlim li ħallielhom jibqgħu magħhom għal dejjem, “F’qalbna għal dejjem, Pa.”
Fb/ Adria Twins