Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Chris Bonett qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ ħelu fl-okkażjoni ta’ jum il-missier.
Hu qal, “L-enerġija li tarawni biha u x-xogħol kollu li tarawni nagħmel għandu għan wieħed…biex ta’ warajna nagħtuhom pajjiż aħjar milli sibna aħna. Pero’ fuq kollox naħdem b’saħħti kollha għal dawn it-tnejn. Tfal tiegħi, ħbieb tiegħi u fuq kollox kompliċi tiegħi meta nivvintaw il-praspar lil Maxilene.”
Kompla billi żied jgħid, “Awguri minn qalbi lill-missirijiet kollha. Dawk li nistgħu narawhom ngħożżuhom u dawk li ħallewna nkomplu niftakru fihom f’qalbna. Grazzi tal-imħabba.”