“Kemm Xtaqtek Preżenti Miegħi U Ma’ Wliedi, Imma Dik Kienet Id-Destin Tagħna” – Raisa Ta’ My Trio

Hi qalet, “Għażiż Missier; f’Jum il-Missier nixtieq ngħidlek kemm inħoss in-nuqqas tiegħek, speċjalment f’dan iż-żmien ta’ ħajti. Kemm xtaqtek preżenti miegħi u ma’ wliedi, imma dik kienet id-destin tagħna. Illum inħares lura u nirringrazzjak għal dak kollu li għallimtni u għas-saħħa li rabbietni biha. Grazzi għalik, għadni hawn, nimxi ’l quddiem fil-karriera tiegħi, inrabbi t-tfal tiegħi u nkompli ngħix ħajti bl-aqwa mod li nista’, b’pożittività u kuraġġ.”

Kompliet billi żiedet tgħid, “Illum mhux se nibki. Illum se niċċelebra l-fatt li għadni dik it-tifla li dejjem kont kburi biha b’qalb tajba, dejjem lesta tferraħ lil dawk ta’ madwari u tagħmel il-ġid fejn tista’. Meta nħares fil-mera u nħares f’għajnejja, nara lilek. Nara l-valuri tiegħek, is-saħħa tiegħek u l-imħabba li ħallejt fija. Int għadek parti minni kuljum. Inħobbok u nimmissjak aktar milli jistgħu jesprimu l-kliem. Il-memorja tiegħek tibqa’ tgħix fija għal dejjem.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI