“Grazzi Tal-Appoġġ Tiegħek, Tal-Pariri Tiegħek, U Tal-Mod Kif Dejjem Tkun Hemm Meta Jkollna Bżonnok” – Ryan Paul Abela

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-mużiċist Ryan Paul Abela qasam l-awgurju tiegħu lil missieru Paul Abela f’Jum il-Missier.

Hu qal, “Grazzi tal-appoġġ tiegħek, tal-pariri tiegħek, u tal-mod kif dejjem tkun hemm meta jkollna bżonnok. L-eżempju tiegħek għallimni ħafna affarijiet importanti fil-ħajja, u napprezza dak kollu li għamilt u għadek tagħmel għalija.”

Paul Abela m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni hekk kif għamel isem kbir fl-industrija mużikali ta’ pajjiżna. Fost ix-xogħlijiet tiegħu kien il-kompożitur tal-kanzunetti tal-Eurovision ta’ Malta tal-1991, 1996, u tal-2001. Kien ukoll id-direttur tal-orkestra waqt Little Child fl-1992 fejn Malta kienet spiċċat fit-3 post.







Ritratti:

Ryan Paul Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI