Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-attur Ivan De Battista qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ mill-isbaħ u importanti fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier.
Hu qal, “Jidħlu u joħorġu ħafna persuni fil-ħajja tal-bniedem, biss hemm dik il-persuna li qiegħda hemm biex tagħti eżempju tajjeb u tkun ta’ pajsaġġ għall-bniedem biex jikber u jirnexxi f’ħajtu. Dan huwa l-missier!”
Żied, “L-ewwelnett, nawgura lil missieri, Martin, li ħadem u stinka f’ħajtu biex ra lit-tliet uliedu u lil ulied uliedu kuntenti, u ma jonqosna xejn. Ma tilħaqx tmur għandu li ma jibdiex isajjar kull tip ta’ ikel, u dik il-kikkra tè ma tonqosx. Il-kelma ‘Grazzi’ mhix biżżejjed għal dak kollu li tagħmel magħna u man-neputijiet; Grazzi Pa! Inħobbuk!”
Qal ukoll, “Insellem ukoll il-memorja ta’ Jimmy, il-kunjatu tiegħi, illi lbieraħ għalaq 12-il sena li ħalliena. Diffiċli li tinsa bniedem bħalu. Għandi memorji sbieħ ta’ kemm kont naqbad miegħu fuq kollox u hu jinkini lura. Bniedem li għen u għader ħafna f’ħajtu. Fil-memorja tagħna, Sheriff!”
Żied jgħid, “F’dan il-jum speċjali, insellem lil missirijiet oħra: Lil dawk li qed ibatu f’familja li qed tikkrolla u qed jissieltu sabiex iżommu l-biċċiet; Lil dawk li daqt se jsiru missirijiet; Lil dawk li tilfu lil uliedhom, anke jekk qatt ma raw wiċċhom, imma żgur li l-imħabba tagħhom lejhom ma żvintatx. Tislima speċjali tmur ukoll lill-missirijiet li m’għadomx magħna.”
Temm jgħid, “U iva, anke din is-sena, se nagħlaq b’dan il-punt: inti, li qed taqra dan il-messaġġ u forsi ġġilidt ma’ missierek, jew forsi ilek ma tkellmu jew ilek ma tmur għandu u tarah, jew saħansitra ċaħħadtu minn uliedek… dan il-jum jaf ikun l-okkażjoni perfetta sabiex dawn il-ħitan jibdew jiġġarfu! F’idejk!”