“Nixtieq Li Mal-Ferħ, Il-Briju U Ċ-Ċelebrazzjonijiet Li Jġibu Magħhom Il-Festi, Naħsbu Ftit Fl-Annimali” – Marisa D’Amato

Marisa D’Amato qed tagħmel appell biex permezz tal-festi nkunu nistgħu ngħinu l-annimali b’ġest li ma jirrikjedix wisq xogħol.

“Ġejjin żewġ festi kbar fir-raħal tagħna, u żgur li matulhom il-każini u s-sidien tal-ħwienet tax xorb ser ibiegħu ħafna soft drinks u birra. Meta jinbiegħu konvinta li l-10 ċenteżmi tal-barijiet ikunu ġabruhom. U allura dan iwassalni għal appell,” hi kitbet.

“Il-Cat Cafè tagħna jitħaddem bid-donazzjonijiet, li bihom nixtru l-ikel u l-mediċini. Biex nagħti eżempju, borża dry food medicated hija €74. Kieku ma jkollniex donazzjonijiet ikun diffiċċli għalina biex insostnu dan il-proġett. Nirringrazzja lil Kunsill tagħna li jħallas diversi kontijiet inkluż dawk tal-vets u l-litter, imma l-ikel u l-mediċini nixtruhom aħna. Kull min iġib qattus għadna wara operazzjoni, qatt ma nitolbu li jġibu xejn u kollox nieħdu ħsieb aħna. U kuljum irridu nitimaw aktar minn 70 qattus li nġabbru mit-toroq. “

Hi kompliet tgħid,”Nixtieq li mal-ferħ, il-briju u ċ-ċelebrazzjonijiet li jġibu magħhom il-festi, naħsbu ftit fl-annimali. Kif diġa għedt, il-flus tal BCRS, jiġifieri l-10 ċenteżmi jkunu diġa mal-preżż tax-xorb mibjuħ. U allura jekk il-ħwienet jagħtuna b'donazzjoni l-fliexken u l-bottijiet li jiġbru, jkunu ta' għajnuna kbira. Dawn il-fliexken nistaw niġbruhom aħna wara l-festi.”

Ritratti:

Facebook / Marisa D’Amato

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI