Beda uffiċjalment il-bejgħ tal-biljetti għall-50 edizzjoni ta' L-Għanja tal-Poplu, edizzjoni speċjali li se tiċċelebra nofs seklu ta' mużika oriġinali bil-Malti.
Is-serata se tlaqqa' fuq il-palk 16-il kanzunetta oriġinali, li se jkunu akkumpanjati live mill-Malta Concert Orchestra, u se jipparteċipaw numru ta' kantanti u awturi stabbiliti kif ukoll talenti ġodda.
Fost il-parteċipanti ta' din is-sena hemm Kapitlu Tlettax u Reanue Falzon, Danica Muscat, Nicole Hammett, Walter Micallef, Mark Spiteri Lucas, Francesca Sciberras, David Joseph Sammut, Cherylis, Justine Bezzina, Ishmael Grech, Maria Mallia, Lon Kirkop u Mark Cachia, Silvan Mula, Kelsey Carabott, Mark Tonna u Leontine, kif ukoll Josephine Marie Grima.
Dawk interessati jistgħu jakkwistaw il-biljetti minn Ticketline, filwaqt li aktar informazzjoni dwar il-festival tinsab fuq is-sit uffiċjali ta' L-Għanja tal-Poplu.