Chellcy Reitsma Finalista Fl-InterContinental Music Awards 2026 BChemicals

Chellcy Reitsma

L-artista Maltija Chellcy Reitsma kisbet rikonoxximent internazzjonali wara li ġiet magħżula bħala finalista fl-InterContinental Music Awards (ICMA) 2026, wieħed mill-premjijiet li jagħti prominenza lil artisti minn madwar id-dinja.

Il-kanzunetta tagħha Chemicals ġiet magħżula fil-kategorija Euro Rock, u b'hekk se tirrappreżenta lil Malta fuq pjattaforma internazzjonali flimkien ma' artisti minn aktar minn 100 pajjiż u reġjun.

Imwaqqfa f'Los Angeles, l-InterContinental Music Awards tagħraf u tippromwovi mużiċisti skont l-oriġini kulturali u kontinentali tagħhom, filwaqt li toffrilhom opportunità għal aktar rikonoxximent fuq livell globali.

Għal Chellcy, din in-nomina tirrappreżenta pass importanti ieħor fil-karriera mużikali tagħha u tkompli tikkonferma t-talent tagħha fuq xena internazzjonali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI