Dalgħodu fuq il-midja soċjali x-xandar Malti David Muscat iċċelebra 30 sena jippreżenta fuq l-istazzjon ONE Radio.
Hu stqarr li għalih kien ta' unur li matul dawn l-aħħar snin kien u għadu jifforma parti mill-familja ta' ONE, u esprima sens qawwi ta' gratitudni mhux biss lejn it-tmexxija tal-istazzjon iżda wkoll lejn is-semmiegħa li dejjem segwew bi ħġarhom il-programmi tiegħu.
David hu magħruf l-iżjed għall-intervisti li għamel matul is-snin lil diversi personalitajiet lokali li huma involuti fit-televixin Malti.
Prosit u awguri!
Facebook / David Muscat