It-Tim Ingliż Jimpressjona B’Rebħa Xejn Faċli Kontra L-Messiku Biex Jgħaddu Għall-Kwarti Tal-Finali Tat-Tazza Tad-Dinja

L-Ingilterra kisbet postha fil-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja wara rebħa diffiċli iżda mistħoqqa kontra l-Messiku f’partita li offriet intensità u emozzjoni sal-aħħar.

It-tim Ingliż kellu jaħdem bis-sħiħ biex jegħleb lill-avversarji, li taw sfida denja tul id-90 minuta. Minkejja l-pressjoni kontinwa tal-Messiku f’diversi mumenti tal-logħba, l-Ingliżi wrew maturità, dixxiplina tattika u determinazzjoni biex jiksbu r-riżultat mixtieq.

Il-partita kienet waħda bilanċjata, b’żewġ timijiet li ħolqu diversi okkażjonijiet ta’ skor. Madankollu, l-Ingilterra rnexxielha tagħmel id-differenza fil-mumenti kruċjali b'rebħa ta' 3 bi 2. Tkeċċija għat-tim Ingliż u żewġ penalties, b'żewġ goals għal Bellingham u goal għal Harry Kane.

B’din ir-rebħa, l-Ingilterra tkompli l-mixja tagħha fit-Tazza tad-Dinja u issa tħares lejn il-kwarti tal-finali b’kunfidenza akbar, hekk kif tkompli toħlom li tasal sal-aħħar stadji tal-kompetizzjoni.

Il-logħba li jmiss se tkun kontra t-tim Norveġiż fejn it-tim ikompli jibni fuq din il-prestazzjoni u jżomm ħajjin l-aspirazzjonijiet tiegħu għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja.

Ritratti:

Facebook / England Football Team

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI