Franza, L-Arġentina U L-Ingilterra Huma L-Favoriti Li Jirbħu T-Tazza Tad-Dinja, Skont Id-Djar Tal-Imħatri

Id-djar tal-imħatri qed ipoġġu lil Franza, l-Arġentina u l-Ingilterra bħala t-tlett timijiet nazzjonali li huma l-iżjed favoriti li jerfgħu t-trofew ta' din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Filwaqt li Franza u l-Ingilterra diġà żguraw posthom fil-fażi li jmiss tal-kwart tal-finali wara li rnexxielhom jegħlbu lill-Paragwaj u lill-Messiku, rispettivament; min-naħa 'l oħra, l-Arġentina għad trid tiżgura postha f'partita kontra l-Eġittu li se sseħħ proprju għada fit-18:00.

Timijiet oħrajn li huma favoriti li jerbħu dan il-kampjonat dinji skont id-djar tal-imħatri huma Spanja, il-Portugall kif ukoll in-Norveġja.

Liema tim taħsbu li ħa jirnexxielu jerfa' t-trofew tat-Tazza tad-Dinja did-darba?

Ritratti:

ChatGPT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI