“Toast Għadu Qed Jistenna Li Jsib Dar… Jekk Jogħġobkom Iftħu Qalbkom” – Joanna Mallia

L-attivista tal-annimali Joanna Mallia talbet lill-poplu Malti biex jiftaħ qalbu u jikkunsidra joffri dar lill-għażiż Toast, ferħ ta’ qattus ċkejken b’pil oranġio u par għajnejh kbar li jħarsu bil-ħniena.

Joanna spjegat fuq il-paġna tagħha, “Toast għadu qed jistenna li jsib dar. Toast għandu ftit ħsara f’għajnejh minħabba marda tal-qtates li kellu, imma mhuwiex kompletament nieqes mid-dawl. Hu kapaċi jagħmel kollox, jilgħab, juża l-litter, jilgħab ma’ ħutu, kollox!!! Jekk jogħġobkom iftħu qalbkom. Ikkuntattjawni għal iżjed informazzjoni.”

Nappellaw biex dan il-qattus innoċenti jingħata ċans ta’ ħajja ġdida. Il-ħsara li seħħet f’għajnejh m’għandhiex tiddefinixxi l-futur tiegħu. Jekk tafu lil xi ħadd li qed ifittex qattus biex jimla d-dar bil-ferħ u l-imħabba, ibagħtulhom dan il-messaġġ!

Ritratti:

Facebook / Joanna Mallia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI