Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Kilo Challenge qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn tal-aħħar hekk kif wasal fi tmiemu l-aħħar programm.
Bdew billi qalu, “Ninsab emozzjonata ħafna għax illum jasal fi tmiemu l-aħħar programm ta’ The Kilo Challenge. Kien vjaġġ mimli sfidi, determinazzjoni, emozzjonijiet u suċċessi. Nixtieq ngħid grazzi mill-qalb lil kull min kien parti minn dan il-programm, lill-parteċipanti għall-fiduċja u d-dedikazzjoni tagħkom, u lil kull min appoġġjana tul din il-mixja.”
Żiedu jgħidu, “Kburija ħafna b’dak kollu li ksibna flimkien. Din mhix biss tmiem ta’ programm, iżda ċelebrazzjoni ta’ bidliet pożittivi u ta’ ħajja aktar b’saħħitha.”
The Kilo Challenge