Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares sellmu l-memorja ta’ Krismar Vassallo li ħalla din id-dinja riċentament.
Huma qalu, “B’niket insellmu l-memorja ta’ Krismar Vassallo, li ħalla din id-dinja fl-età ta’ 36 sena. Minflok fjuri, il-familja u l-ħbieb għażlu li jagħmlu ġest ta’ solidarjetà u ġenerożità billi ġabru €707 b’risq Puttinu Cares.”
Żiedu, “Nirringrazzjaw mill-qalb lill-familja, lill-qraba u lill-ħbieb kollha ta’ Krismar għal din id-donazzjoni f’dan il-mument diffiċli. Grazzi specjali lil Yanika u familja Vassallo. Nitolbu biex il-Mulej jagħti lil Krismar il-mistrieħ ta’ dejjem u jagħti l-faraġ lill-għeżież tiegħu.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lill familjari kollha tiegħu.