L-eks rettur tal-Università ta' Malta, il-Professur Alfred Vella, fisser kif fil-fehma tiegħu, minħabba l-użu frekwenti tal-AI, l-assignments m'għadhomx mod effettiv kif jitkejlu l-għarfien u l-intelliġenza tal-istudent f'suġġett partikolari.
Hu saħaq dan mal-ġurnal Times of Malta wara li xi jiem ilu temm il-perjodu ta' għaxar snin imexxi l-ogħla istituzzjoni edukattiva f'pajjiżna.
L-eks rettur semma fl-intervista kif mezzi alternattivi bħall-karti tradizzjonali tal-eżamijiet jistgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Irrefera wkoll għall-possibbiltà li l-istudenti jiġu mitluba jiddikjaraw kif użaw l-AI bħala għodda fil-proċess tal-assignment.
Intom x'taħsbu dwar dan?
L-Università ta’ Malta u Pexels