L-attur lokali Clive Piscopo kiteb messaġġ mill-qalb għal persuna importanti immens f'ħajtu - l-għażiża ommu. F'għeluq sninha hu jawguralha kif ukoll jaqsan kemtejn biex jesprimi kemm tfisser għalih u kemm japprezzaha.
"Ma naħsibx li jgħaddu jumejn u ma nkunx għedtlek jew urejtek li nħobbok. Illum, fil-birthday tiegħek, nixtieq niċċelebra lilek... Sakemm xi ħadd minna t-tnejn jibqa’ jieħu n-nifs: jien naf kemm inti tħobbni … u inti taf kemm jien inħobbok. U forsi ‘l quddiem, meta jikbru Nora u Mikele, huma wkoll jibqgħu jgħiduha: kemm inħobbok, kemm naf li tħobbni, u li int taf kemm nħobbok."
Clive iżid li l-imħabba kbira li biha jħobb lil uliedu kollha ġejja minn din l-imħabba li dejjem urewh ommu u missieru. "Grazzi ta’ dak kollu li int u dak kollu li tfisser f’ħajti. Happy Birthday, Ma. Ma nixba’ qatt ngħidha kemm inħobbok."
Awguri mill-qalb lil omm Clive!
Facebook/ Clive Piscopo