“Irridu Nifhmu Li L-Volontarjat F’Pajjiżna Huwa L-Bażi Ta’ Ħafna Ħolm U Twettiq, Ta’ Proġetti U Komunitajiet Li Sawru Lil Pajjiżna U L-Identità Tagħna” – Stefan Caruana

Stefan Caruana qasam messaġġ ta’ riflessjoni u gratitudni wara li rċieva apprezzament waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Gudja. Huwa stqarr li ħafna drabi jiġi mistoqsi kif jirnexxielu jlaħħaq mal-impenji kollha tiegħu, iżda qal li t-tweġiba tiegħu dejjem tkun waħda sempliċi - kif jista’ jagħmel aktar għall-komunità.

Caruana spjega li kull ħidma li jwettaq jagħmilha minn qalbu, mingħajr ma jistenna xejn lura. Għalkemm ammetta li mhuwiex perfett, sostna li dejjem jipprova jħeġġeġ, b’mod partikolari liż-żgħażagħ, biex jinvolvu ruħhom fil-volontarjat b’sens ta’ responsabbiltà, impenn u ħbiberija.

Huwa enfasizza li l-volontarjat huwa wieħed mill-pilastri li fuqhom inbnew ħafna inizjattivi, proġetti u komunitajiet li sawru l-identità ta’ Malta matul is-snin.

Fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu, Caruana rringrazzja lis-Sindku Romeo Baldacchino u lill-kunsilliera kollha tal-Gudja għall-apprezzament li rċieva u għall-ħidma li jwettqu flimkien għall-ġid tar-raħal, filwaqt li esprima l-gratitudni tiegħu lejn kull min jappoġġjah.

Ritratti:

Facebook/Stefan Caruana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI