Ser Jixxandru Erba’ Programmi Li Jagħtu Ħarsa Lejn Il-Vjaġġ Ta’ L-Għanja Tal-Poplu Matul Is-Snin

Għanja tal-Poplu

Mil-lejla, it-telespettaturi se jkollhom l-opportunità jerġgħu jgħixu wħud mill-isbaħ mumenti fl-istorja ta’ L-Għanja tal-Poplu, hekk kif fuq TVM+, fid-20:45, tibda tixxandar is-sensiela L-Għanja tal-Poplu – Lejn il-50 Edizzjoni.

Is-sensiela tikkonsisti f’erba’ programmi li jagħtu ħarsa lejn il-vjaġġ ta’ dan il-festival matul is-snin, permezz ta’ għażla ta’ kanzunetti li ħallew il-marka tagħhom fl-istorja ta’ L-Għanja tal-Poplu.

Il-produzzjoni se tfakkar il-kontribut li dan il-festival ta lill-mużika u lill-lingwa Maltija tul kważi ħames deċennji.

Dawn il-programmi huma maħsuba bħala tħejjija għall-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu, li se timmarka pass importanti fl-istorja ta’ wieħed mill-aktar festivals prestiġjużi tal-kanzunetta Maltija.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI