Suċċess Għal Mandy Dance Academy Fil-Kompetizzjoni All Dance Europe Fil-Greċja

Żeffiena ta' Mandy

Iż-żeffiena ta' Mandy Dance Academy kisbu riżultati impressjonanti waqt il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kompetizzjoni internazzjonali All Dance Europe, li saret fil-Greċja, fejn rebħu diversi unuri kemm f'kategoriji ta' grupp kif ukoll individwali.

L-akkademja temmet il-kompetizzjoni b'total ta' 10 midalji tad-deheb, 7 midalji tal-fidda u 3 midalji tal-bronż, filwaqt li żewġ koreografiji ntgħażlu biex jittellgħu waqt il-Gala Night Showcase.

Minbarra dawn is-suċċessi, tliet żeffiena kisbu wkoll unuri individwali prestiġjużi. Zashaya Zammit ingħatat it-tieni post bħala Best Female Dancer fil-kategorija Pre-Youth Division, filwaqt li Kristie Pellicano kisbet it-tielet post fl-istess kategorija.

Barra minn hekk, MoAnna Savinska ingħatat premju speċjali bħala Best in All Dance Open Modality, rikonoxximent li jenfasizza l-eċċellenza fil-prestazzjoni tagħha.

Prosit!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI