Striscia La Notizia Wasal Fi Tmiemu? – Min Jaf Kemm Segwewh Telespettaturi Maltin U Għawdxin!

Gabibbo

Skont xi rapporti fuq il-midja soċjali, wieħed mill-aktar programmi satiriċi popolari fuq it-televiżjoni Taljana, Striscia La Notizia, jidher li wasal fi tmiemu wara kważi 38 sena xandir.

Il-programm, li xxandar għall-ewwel darba fis-7 ta' Novembru tal-1988 fuq Italia 1, kiseb popolarità kbira grazzi għat-taħlita tiegħu ta' investigazzjonijiet, satira politika u divertiment.

Fost l-aktar preżentaturi magħrufa tiegħu kien hemm Ezio Greggio, li għal snin twal ifforma koppja popolari ma' Enzo Iacchetti, filwaqt li matul is-snin għaddew ukoll ismijiet bħal Michelle Hunziker, Gerry Scotti u Ficarra & Picone. Jibqa' jissemma anke l-famuż Gabibbo.

Għalkemm s'issa ma tħabbritx uffiċjalment, rapporti fil-midja Taljana qed jindikaw li l-kontijiet uffiċjali tiegħu fuq il-midja soċjali għaddew għand Mediaset u waqfu jippubblikaw kontenut.

Barra minn hekk, Canale 5 neħħiet il-programm mill-iskeda tagħha wara ritorn qasir fix-xahar ta' Jannar li għadda.

Ritratti:

Facebook/ Striscia la notizia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI