Ħbieb U Għedewwa – Segwit Mill-Pubbliku Bħal Qisu Qed Jixxandar Għall-Ewwel Darba

Ħbieb u Għedewwa

Kif ħafna jafu fl-iskeda l-ġdida ta' ONE li bdiet f'Ottubru 2025, bdiet terġa' tintwera Ħbieb u Għedewwa, sensiela li kienet ixxandret propju 12-il sena ilu b'episodju kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Fl-aħħar tas-sena Gwida.mt tkellmet ma' Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber minn Rikordja, dwar dan ir-ritorn fuq it-televiżjoni lokali. Aktar ma jgħaddi żmien aktar qed jinħass l-interess kbir tat-telespettaturi, hekk kif qed isegwu l-istorja kuljum.

Fi kliem Evelyn Saliba La Rosa stess, qed isegwuha b'entużjażmu daqslikieku qed tixxandar għall-ewwel darba. Kull meta għal xi raġuni kien hemm xi programm ieħor fil-ħin li sippost ixxandar Ħbieb u Għedewwa, Evelyn tgħidilna li minnufih bdew jikkuntattjawhom biex jistaqsu hux se jixxandar.

Bħalissa r-repetizzjonijiet fuq ONE waslu fit-tieni staġun ta' Ħbieb u Għedewwa, li kien ixxandar primarjament 10 snin ilu. Minn qalbna ngħidu Prosit kbira lil Evelyn, Adrian, Michael u t-tim professjonali kollu ta' Rikordja.

Rachel
Ritratti:

ONE/ Erġa’ Segwi/ Ħbieb u Għedewwa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI