Artisti Lokali Jressqu Azzjoni Legali Minħabba Nuqqas Ta’ Ħlas Relatat Mal-Produzzjoni ‘Divas II – The Dance Show’

Divas II

Kantanti u artisti Maltin magħrufa, fosthom Ira Losco, Destiny Chukunyere, Gaia Cauchi, Mary Rose Mallia, Sarah Bonnici, Deborah Ann Vella, Pamela Kerr u l-produttur mużikali Elton Zarb, jidher li ressqu azzjoni legali kontra l-koreografu Felix Busuttil Galea.

L-azzjoni, ippreżentata fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, tgħid li numru ta' artisti għadhom ma tħallsux għal servizzi professjonali tagħhom fil-produzzjoni Divas II – The Dance Show.

Divas II

Ritratt: Facebook/ YADA Dance Company

Skont id-dokument tal-qorti, l-artisti ġew magħżula biex jipprovdu servizzi ta' kant, żfin u kompożizzjoni mużikali għall-ispettaklu li ttella' fil-Mediterranean Conference Centre fil-Belt Valletta fuq sitt rappreżentazzjonijiet matul Marzu 2025.

Minbarra l-wirjiet, huma ddedikaw sigħat twal għal provi u preparazzjoni, impenn li żammhom milli jaċċettaw xogħol professjonali ieħor. Jirrapporta li l-artisti emfasizzaw li l-ħlas fil-ħin huwa essenzjali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI