Charles u Ron ilaqqa' lill-pubbliku mal-atturi bravissimi li se jkunu qed jinterpretaw il-partijiet ta' Charles u Ron, Sean Borg u Matteo Caruana Bond.
Huma se jkunu parti mill-vjaġġ straordinarju li għaddew minnu żewġ ikoni lokali fid-dinja tal-moda Maltija. "Mill-ewwel ħolma, għall-ewwel disinji, sal-akbar suċċessi. Storja ta’ passjoni, kreattività u determinazzjoni li se tkunu qed tiskopru dalwaqt."
Il-Ħajjata Charles & Ron ser ikun qed jixxandar fuq TOKIS minn Settembru li ġej. Fil-5 ta’ Awwissu se tkun żvelata xi ħaġa speċjali ħafna. Lesti? Dan il-proġett huwa appoġġjat minn Arts Council Malta.
Facebook/ Charles Van Maarschalkerweerd Borg