Fuq il-paġna uffiċjali tal-attriċi Ines Farrugia tela' ritratt tagħha mill-passat. Jidher li kienet qiegħda waqt xi produzzjoni teatrali.
Memorja mill-isbaħ mill-karriera twila ta' Ines. Hi tibqa' tissemma għall-irwol li ħadmet waqt f'Baħar Wieħed fost l-oħrajn lura fl-1977.
Ines kienet parti minn sensiliet bħal Dejjem Tiegħek Becky, Saħta Fuq Uliedi, Gizelle, Katrina, F'Ġieħ L-Imħabba u Il-Klinika. Riċentament hi ffurmat parti mill-kast għas-sensiliet KWIR fuq ONE u Il-Kliem Moħbi fuq GO Tokis.
Bosta atturi u personalitajiet lokali kitbulha xi kumment taħt ir-ritratt, u anke kkumplimentawha għad-dehra tagħha u għat-talent mill-aqwa.
Facebook/ Ines Farrugia