Il-preżentatur Ivan Gaffiero qasam messaġġ ta’ riflessjoni fuq il-midja soċjali wara li żar lil missieru fl-isptar. B’messaġġ sempliċi iżda mimli tifsira, huwa qal li mumenti bħal dawn ifakkruna kemm il-ħajja hija prezzjuża.
Jappella biex in-nies japprezzaw il-ħajja, jgħixu kull jum bl-aħjar mod possibbli u jagħmlu aktar ħin għal dawk li jħobbu. Huwa enfasizza kemm hi imprezzabbli s-saħħa.
"Għadni kif wasalt mill-isptar, mort nara lil missieri. Tara nies li filli jkunu f'saħħithom, u filli kważi qed jistennew li tintemm ħajjithom. Uħud minnhom ikunu qed jiġġieldu għas-saħħa tagħhom. Għalhekk inti dak li għandek tagħmel għamlu issa."
Prosit Ivan! Nawguraw ħafna saħħa lill-għażiż missieru. Araw il-filmat: