Rebħa Doppja Għall-Kantant Lokali Shawn Ciantar Waqt Festival Internazzjonali Fl-Italja

Evelina x Shawn

Il-kantant lokali Shawn Ciantar kiseb żewġ premjijiet fl-ewwel post fid-9 edizzjoni tal-festival internazzjonali Creatività Senza Frontiere li sar ġewwa Venezja, fl-Italja.

Shawn ikkompeta ma' aktar minn 200 parteċipant minn 17-il pajjiż tal-Ewropa u l-Asja. Hu rebaħ l-ewwel Post fil-kategorija Senior Pop Songs, kif ukoll; l-ewwel Post fil-kategorija Movie & Musicals.

Din ir-rebħa tkompli żżid mas-suċċessi internazzjonali tiegħu wara r-rebħ tal-Grand Prix fil-Maċedonja ta' Fuq u fil-Greċja.

Shawn huwa mħarreġ mill-vocal coach Maria Abdilla, filwaqt li rrappreżenta lil Malta flimkien ma' Evelina Batey. Dan is-suċċess ikompli juri t-talent Malti fuq il-palk internazzjonali u huwa sors ta' kburija għal Malta.

Prosit lil Shawn Ciantar, Maria Abdilla u Evelina Batey ta' din il-kisba li reġgħet poġġiet lil Malta fuq quddiem fix-xena internazzjonali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI