Maria La Barokka Muscat appellat lill-pubbliku biex jingħaqad fit-talb għall-preżentatur veteran u personalità magħrufa fix-xandir Malti, Norman Hamilton.
F’messaġġ li qasmet fuq il-midja soċjali, hija ddeskriviet lil Hamilton bħala ħabib għażiż u persuna li tul is-snin dejjem kienet ta’ sostenn għal dawk ta’ madwarha, b’mod partikolari għall-artisti. "Nappella għat-talb għall-għażiż ħabib tiegħi Norman Hamilton. Dan ir-raġel ġentlom, ikona tax-xandir, dejjem ħenn u kien ta’ sostenn għal tant nies fosthom artisti,”"kitbet Maria La Barokka Muscat.
Hija temmet il-messaġġ tagħha bi kliem ta’ kuraġġ għal Norman u għall-għeżież tiegħu, "Kuraġġ lil Norman u lill-familja tiegħu." Norman Hamilton huwa isem sinonimu max-xandir u d-divertiment f’Malta, b’karriera twila li matulha ħalla l-marka tiegħu fuq diversi ġenerazzjonijiet ta’ telespettaturi u semmiegħa.
Facebook / Norman Hamilton