Ta’ 97 Sena Ssir Buż Buż Buż Nanna – Sitt Ġenerazzjonijiet Ta’ Nisa Ħajjin Fl-Istess Żmien

Familja fir-Renju Unit qed tiċċelebra mument tassew rari hekk kif sitt ġenerazzjonijiet ta’ nisa jinsabu ħajjin fl-istess żmien. Rita Sculley, li għandha 97 sena, kellha x-xorti tiltaqa’ mal-iżgħar membru tal-familja, Harmony Gibbs, li twieldet fl-20 ta’ Lulju.

Bejn Rita u ċ-ċkejkna Harmony hemm differenza ta’ 97 sena. Il-familja tinkludi wkoll lil Patricia Keen ta’ 70 sena, Tina Hibberd ta’ 53 sena, Kimberly Brewer ta’ 35 sena u Corryn Cook ta’ 18-il sena, omm it-tarbija. Il-familja hija magħquda ħafna u għandha d-drawwa li tiltaqa’ kull nhar ta’ Ħadd fid-dar ta’ Rita.

Każijiet fejn sitt membri tal-istess familja jiġu minn sitt ġenerazzjonijiet huma rari immens. X'xorti għandhom!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI