“Tgħallmu Aktar Dwar Speċijiet Invażivi U L-Importanza Li Nipproteġu L-Ambjent Naturali Tagħna” – ERA – Environment & Resources Authority

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, ERA tkellmu dwar tagħlim li kien għaddej fi SkolaSajf li wasal fi tmiemu riċentament.

Huma qalu, “Nikkonkludu l-Passi fil-Wied SkolaSajf. Matul dawn l-aħħar ġimgħat, l-ERA, flimkien mal-Kunsill Reġjonali Lvant, wasslet tagħlim dwar l-ambjent lill-istudenti ta’ SkolaSajf permezz ta’ diversi attivitajiet li ħeġġew l-esplorazzjoni tal-widien u l-wirt naturali ta’ Malta.”

Żiedu wkoll, “L-aħħar attività tagħna wasslet lill-istudenti ta’ SkolaSajf Lija u SkolaSajf Pembroke f’Wied Għollieqa, fejn permezz tal-VR setgħu jiskopru l-flora, il-fawna u l-ħabitats tal-wied, filwaqt li tgħallmu aktar dwar speċijiet invażivi u l-importanza li nipproteġu l-ambjent naturali tagħna. Grazzi lill-istudenti u lill-edukaturi kollha li ngħaqdu magħna u għamlu l-attivitajiet ta’ din is-sena esperjenza sabiħa!”

Ritratti:

ERA – Environment & Resources Authority

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI