Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Fabio Spiteri tkellem dwar il-familja ta’ papri li riċentament kien qed jieħu ħsieb, fejn qal li issa jinsabu siguri.
Hu qal, “Fl-aħħar irnexxieli naqbad il-familja ta’ tmien papri li kienet tinsab f'Chadwick Lakes. Dawn kienu qed jgħixu fost gambli tal-ilma ħelu, kemm mejtin kif ukoll ħajjin, mingħajr ilma. Matul din l-aħħar ġimgħa, jien u xi persuni oħra konna qed nipprovdulhom l-ilma permezz ta’ bowsers, kif ukoll xi ikel. Issa jinsabu fi triqthom lejn razzett sigur ta’ ħabib tiegħi, fejn jistgħu jgħixu fil-kwiet u jkunu protetti.”
Żied jgħid, “Nitlobkom ukoll biex tkomplu tissapportjaw il-ġbir ta’ fondi għall-kenn tal-annimali, Project 100. Intant, fl-inħawi hemm ukoll għadd kbir ta’ gambli tal-ilma ħelu, li huma speċi aljena invażiva u qed jagħmlu ħsara lill-popolazzjoni taż-żrinġijiet Maltin. Issa li l-art tinsab niexfa, huwa żmien tajjeb biex dawn jinġabru.”