Mill-2027 se tidħol fis-seħħ bidla importanti fir-regoli tal-Eurovision Song Contest, hekk kif l-artisti kollha li jipparteċipaw iridu jkollhom mill-inqas 18-il sena fil-jum tal-ewwel prova tagħhom. B’hekk, l-età minima se tiżdied minn 16 għal dik ta' 18-il sena.

Skont il-kjarifika dwar ir-regoli, din il-bidla hija parti minn ħidma kontinwa biex jissaħħu s-salvagwardji u jiġu protetti artisti żgħażagħ mill-pressjonijiet li jistgħu jkunu assoċjati mal-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni internazzjonali bħall-Eurovision.
Fl-istess ħin, ġiet enfasizzata wkoll l-importanza li l-prestazzjoni ta’ kull artist tibqa’ awtentika. L-ispjegazzjoni għandha l-għan li tipproteġi l-integrità ta’ kull wirja u tiżgura li l-udjenza dejjem tisma’ l-vuċi ewlenija tal-kantant waqt kull kanzunetta li titwassal live.
Din il-bidla tista’ taffettwa wkoll artisti żgħażagħ li kienu qed jittamaw li jirrappreżentaw lil pajjiżhom fil-Eurovision qabel jagħlqu 18-il sena.
Ir-regoli l-ġodda jirriflettu l-isforz tal-Eurovision biex il-kompetizzjoni tibqa’ ambjent sigur u xieraq għall-artisti kollha.
Instagram/Wiwibloggs