Il-Membru Parlamentari, Fleur Abela, qasmet fuq il-midja soċjali messaġġ emozzjonanti lil ommha, li illum qed tiċċelebra għeluq sninha.
Fleur awgurat lil ommha bi kliem mimli mħabba u gratitudni, filwaqt li "kliem qatt mhu biżżejjed biex nesprimi kemm tfisser għalija", kitbet Abela. Dan biex turi li għalija tfisser ħafna għax hi pilastru importanti f'ħajjitha.
Hi ddeskriviet lil ommha bħala l-akbar sapport tagħha u l-persuna li dejjem kienet hemm għaliha, f’kull mument. Hija rringrazzjatha għall-imħabba bla qies, għas-sagrifiċċji kollha u għal dak kollu li għallmitha tul ħajjitha.
Abela saħqet ukoll, li ħafna minn dak li kisbet llum huwa kollu grazzi għal ommha. Dan juri kemm ommha għandha post importanti f’ħajjitha.
F’għeluq il-messaġġ tagħha, Abela esprimiet l-imħabba kbira tagħha lejn ommha, filwaqt li awguratilha għeluq sninha mill-isbaħ.
It-Tim ta' Gwida wkoll jawguralha l-isbaħ xewqat u sena mimlija saħħa, imħabba u paċi.
Facebook/Fleur Abela