“Is-Sur Cassar Ilu Kunsillier Sa Mit-Twaqqif Tagħhom, Mill-1994” – Il-Kunsill Lokali Tar-Rabat Jiddispjaċih Għat-Telfa Tal-Kunsillier Nazju Cassar

Is-Sindku, il-Viċi Sindku, il-kunsillieri u l-membri kollha l-oħra tal-Kunsill Lokali, esprimew is-sogħba tagħhom għat-telfa tal-għażiż kollega tagħhom, is-Sur Nazju Cassar.

Is-Sur Cassar kien ilu jservi bħala kunsillier sa mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali fl-1994, u matul dawn is-snin ta s-sehem tiegħu b’impenn u lealtà lejn il-politika lokali.

Il-Kunsill fakkar kif Nazju Cassar kien jagħti l-kontribut ġenwin tiegħu b’dedikazzjoni, filwaqt li serva lill-komunità tul bosta snin.

Il-membri tal-Kunsill bagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja tiegħu f’dan il-mument ta’ niket u talbu lill-Ħallieq biex jilqa’ r-ruħ tiegħu fi ħdanu.

Fl-aħħar, il-Kunsill wiegħed li jkompli jiftakar fih fit-talb u f’qalbu, bħala persuna li tat sehemha lill-komunità mill-bidu tal-Kunsilli Lokali.

Aħna wkoll, nixtiequ l-kondoljanzi lill-familja kollha, kif ukoll li s-Sur Nazju Cassar jistrieħ fis-sliem!

Ritratti:

Facebook/Kunsill Lokali Rabat Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI