“L-Papa Ljun XIV Bierek Il-Warda Li Se Titpoġġa Minn Mons. Arċisqof Quddiem Il-Kwadru Titulari Tal-Madonna Tal-Grazzja” – Kattoliċi Maltin

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kattoliċi Maltin qasmu mas-segwaċi tagħhom messaġġ rigward warda mbierka mill-Papa li ser titpoġġa quddiem il-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja.

Huma qalu, “Ftit tal-ħin ilu l-Qdusija Tiegħu l-Papa Ljun XIV, bierek il-Warda li se titpoġġa minn Mons. Arċisqof quddiem il-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja fis-Santwarju għażiż tagħha.”

Żiedu, “Il-Papa Ljun XIV kellem fit-tul lil Arċipriet Dun Roderick Camilleri u talbu jwassal il-viċinanza tiegħu mal-Poplu Żabbari filwaqt li nkoraġġieh fit-tmexxija tiegħu u bierek lill-Kleru u l-Poplu ta’ Ħaż-Żabbar. L-Arċipriet kien akkumpankat mill-Viċi Arċipriet il-Kanonku Dun Gylan Camilleri u Delegazzjoni mill-Parroċċa.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI